Maġistrat imħassba dwar il-każijiet kriminali marbuta mal-użu ta' passaporti

Fi kliem il-Maġistrat dawn il-każijiet dejjem qed jiżdiedu u ma tgħaddhiex ġurnata li fil-Qorti ma jidhirx xi ħadd fuq dawn l-akkużi

Il-Maġistrat Rachel Montebello esprimiet it-tħassib tagħha wara ż-żieda fil-każijiet ta’ użu ħażin ta’ passaporti u dan wara każ ieħor li spiċċa l-Qorti llum.

Raġel mis-Senegal, tressaq quddiem il-Maġistrat Montebello akkużat li pprova jagħmel użu minn passaport tas-Senegal u dokument tal-ivjaġġar Taljan, li t-tnejn inħarġu f’isem persuna oħra, biex jipprova jitlaq minn Malta.

Il-Maġistrat innutat li mhux qed tgħaddi ġurnata fil-Qorti mingħajr ma jidher xi ħadd akkużat li jew għamel użu ħażin jew inkella ffalsifikati passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar.

L-avukat tal-akkużat, Martin Fenech, saħaq li l-akkużat ried biss jitlaq minn Malta biex jiġbor il-passaport veru tiegħu mill-Italja.

Huwa wieġeb ħati u ngħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal 18-il sena.

 

More in Qrati u Pulizija