Qorti | Ġlieda fil-Furjana bejn waiter u xufier tat-taxi

Ix-xufier tat-taxi jsofri minn ġrieħi gravi , imma l-akkużat jgħid li kien qed jiddefendi lilu nnifsu

Fil-Qorti dalgħodu raġel mis-Serbja li jaħdem bħala waiter kien imressaq akkużat li kkawża feriti gravi fuq raġel ieħor li huwa xufier tat-taxi u li kiser il-paċi pubblika.

Il-ġlieda seħħet quddiem il-lukanda Phoenicia, bix-xufier isofri ġrieħi f'imnieħru u xufftejh. Is-Serb sostna illi hu kien qed jiddefendi lilu nnifsu minn attakk minn xufiera tat-taxi.

Il-Pulzija mhux qed jeskludu li jressqu aktar nies f'dan il-każ. 

Is-Serb wieġeb li mhux ħati u kien meħlus mill-arrest fuq depożitu ta' €500 filwaqt li kien ordnat ma jersaqx lejn l-allegat vittma jew lejn xhieda. 

More in Qrati u Pulizija