Jammetti u jitlob għall-għajnuna biex jegħleb il-vizzju tal-pedofelija

Raġel tressaq il-Qorti akkużat li niżżel u xerred materjal pornografiku li fih jidhru tfal taħt l-età

Raġel ta’ 44 sena mis-Siġġiewi talab lill-Qorti tgħinu biex jegħleb il-vizzju tal-pornografija tat-tfal wara li fuq il-kompjuter tiegħu instab ammont kbir ta’ pornografija tat-tfal.

Ir-raġel tressaq il-Qorti akkużat li niżżel ritratti u anke filmati li juru tfal taħt l-età għarwenin u f’attivitajiet sesswali u li anke xerred l-istess materjal.

L-akkużat wieġeb ħati tal-akkużi, bl-avukati tiegħu jispjegaw li r-raġel għandu problemi psikoloġiċi u xtaq l-għajnuna.

Il-prosekuzzjoni kkonfermat li r-raġel anke lill-Pulizija talabha tgħinu biex jegħleb il-vizzju.

Il-Maġistrat tatu  sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u anke ordnatlu jfittex l-għajnuna.

Il-Qorti ordnat ukoll li l-materjal jiġi kkonfiskat u distrutt.

More in Qrati u Pulizija