Qorti | Jeħel multa ta' €400 wara li qabbad sigarett abbord ajruplan

L-ajruplan kien għadu kemm wasal Malta minn Katanja fi Sqallija

Żagħżugħ ta’ 28 sena minn Sqallija weħel multa ta’ €400 wara li qabbad sigarett abbord ajruplan li kien għadu kemm wasal Malta minn Katanja fi Sqallija.

Jidher li ż-żagħżugħ ma setax jissapporti mingħajr sigarett u malli l-ajruplan niżel Malta, meta kulħadd kien għadu fuq l-ajruplan, qabbad sigarett abbort ajruplan tar-Ryanair.

Skont il-liġi, it-tipjip huwa pprojbit kemm fuq it-trasport pubbliku, inkluż abbord l-ajruplani.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi u weħel multa ta’ €400.

More in Qrati u Pulizija