Qtil Daphne | Il-Qorti assigurata li d-dgħajjes simili għal 'Maya' ma ħarġux mill-port

Maya hija d-dgħajsa ta' George Degiorgio u li minn fuqha, allegatament, telqet it-telefonata li attivat il-bomba

Dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra t-tlett irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fis-16 ta’ Ottubru tal-2017.

Waqt is-seduta tal-lum fil-Qorti ntqal kif kien hemm erba’ dgħajjes oħra, simili għal ‘Maya,’ id-dgħajsa ta’ George Degiorgio u li minn fuqha, allegatament, telqet it-telefonata li attivat il-bomba taħt il-karozza ta’ Caruana Galizia.

Uffiċjali spjegaw kif ġew mistoqsija s-sidien ta’ dawn id-dgħajjes u ġie kkonfermat li l-ebda waħda minnhom ma kienet fil-baħar dakinhar tal-qtil.

Fil-fatt, dawn is-sidien taw ix-xhieda tagħhom illum. Wieħed mis-sidien qal li kien xtara d-dgħajsa mil-Libja u kienet għadu qatt ma niżżilha fil-baħar

Ieħor qal li jżommha fil-marina ta’ Għawdex iżda dakinhar kienet fil-garaxx.

Dgħajsa oħra kienet misjuba f’għalqa fil-Mellieħa bis-sid jgħid li kien jużaha biss fis-sajf.

Ir-raba’ dgħajsa hi ta’ persuna li mhux residenti Malti u nstema’ kif din rari ħalliet il-port.

Illum kellu jixhed ukoll l-espert tal-IT Martin Bajada bl-avukati jisħqu li dan ma għandux jitħalla jagħti x-xhieda tiegħu.

L-avukati tal-akkużati kienu ppreżentaw rikors Kostituzzjonali biex Bajada jitwaqqaf milli jixhed minħabba li kien instab ħati ta’ serq u frodi fl-1993. Din it-talba ma kinitx ġiet aċċettat

More in Qrati u Pulizija