Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien tressaq akkużat li stupra kollega

Iż-żagħżugħ qed ikun akkużat ukoll b'pussess ta' kokaina

Żagħżugħ li ilu tliet ġimgħat arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra kollega tiegħu.

L-akkużat, li għandu 24 sena mill-Iżvezja tressaq akkużat il-ġimgħa li għaddiet wara li stupra lil kollega tiegħu, iffastidjaha u anke b’pussess ta’ kokaina.

Wara li l-vittma xehdet permezz ta’ video conferencing, ilbieraħ kellha tixhed il-persuna li tgħix mal-vittma. Madanakollu, ilbieraħ dawn ma dehrux il-Qorti.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, tatu l-ħalsien mill-arrest fuq depositu ta’ €8,000 u garanzija personali ta’ €22,000.

Il-Maġistrat ordnat ukoll li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni għall-allegata vittma u anke għall-ħabiba tagħha u anke ordnat lill-akkużat biex ma jersaqx lejn is-Swieqi u lanqas lejn il-post tax-xogħol.

 

More in Qrati u Pulizija