Qabda ta' €11-il miljun f'kokaina fil-Freeport

Sitt kontenituri b'10 Kg droga kokaina kull wieħed għall-valur ta' madwar €11-il miljun

Id-Dipartiment tad-Dwana għadu kif għamel qabda kbira ta' droga b'valur ta' €11-il miljun. 

Din il-qabda seħħet wara li kontejner kien spezzjonat fil-Freeport, liema kontejner kien telaq mill-Amerika ta' isfel u kien waqaf f'Malta qabel ma jibqa' sejjer lejn Lvant Nofsani. 

B'kollox ġew eżaminati 532 kontenitur u nstab li sitta minnhom kellhom basktijiet tal-plastik mimlijin b'sustanza bajda f'likwidu żejtni. B'kollox f'kull kontenitur kien hemm 10 Kg minn din is-sustanza, biex flimkien jgħoddu għat-total ta' 60 Kg

Eżaminazzjoni li saret nhar it-Tlieta wriet illi d-droga kienet mija fil-mija pura. 

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija