Qorti | It-tielet raġel arrestat u akkużat b'serqa fuq anzjana f'Ħal Qormi

Il-mara fetħet il-bieb u l-akkużati allegatament rabtuha u serqu saħansitra d-decoder tal-kameras CCTV

It-tielet raġel kien arrestat illum fuq serqa bl-użu tal-armi f'dar f'Ħal Qormi fejn tgħix anzjana. 

Iż-żewġ kompliċi l-oħra kienu arrestati lbieraħ u baqgħu taħt il-kustodja tal-pulizija.

L-irġiel qed ikunu akkużati b'serq aggravat, żamma illegali tal-anjanza, li weġġgħu ħafif lill-istess mara u li kienu qed iġorru sikkina waqt li kien qed iseħħ l-att kriminali. 

Huma kienu wkoll riċedivi. 

L-inċident seħħ wara li l-mara anzjana minn Ħal Qormi marret tiftaħ il-bieb hekk kif persuna wara l-bieb ta' barra qalet li kienet il-postman u li kellha pakkett x'tagħtiha.Sussegwentement il-mara kienet marbuta u misruqa. L:-irġiel saħansitra serqu id-decoder tal-kamera CCTV. 

It-tlieta li huma qed jiċħdu l-akkużi miġjubin kontriehom.

 

More in Qrati u Pulizija