Traffikant tad-droga b'akkużi ta' pedofelija jingħata l-ħelsien mill-arrest

...wara sitt xhur taħt arrest preventiv. Il-Qorti tasal għal din id-deċiżjoni minħabba li l-Prosekuzzjoni ma resqitx xhieda

Raġel akkużat bi traffikar tad-droga u li kellu fil-pusses tiegħu pornografija tat-tfal, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien ilu jinżamm taħt arrest preventiv għal sitt xhur. 

Ir-raġel li għandu 41 sena u jgħix Birżebbuġa kien arrestat nhar id-29 ta' Awwissu tas-sena l-oħra wara rejd mill-pulizija, fil-garaxx tiegħu. Hu kien diġa ngħata ħelsien mill-arrest fuq offiża separata. 

Il-Qorti sostniet illi tat biżżejjed żmien biex il-Prosekuzzjoni ttella' x-xhieda, speċjalment tfal, imma dan għadu ma ġarax. Il-Qorti qalet illi fin-nuqqas ta' spjegazzjoni għal dan mill-Avukat Ġenerali, l-arrest tiegħu kien eżawrit. 

Għalhekk tat lill-akkużat l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €5,000 u garanzija personali ta' €20,000. 

LAvukat Roberto Montalto kien qed imexxi d-difiża. 

More in Qrati u Pulizija