Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Sitt snin ħabs għas-sidien ta' Palumbo misjuba ħatja b'rimi ta' skart kimiku perikoluż

Huma mistennija jappellaw din id-deċiżjoni mogħtija minn qorti f'Messina

Yendrick Cioffi / 21 ta' Jannar 2019 15:40
Is-sid ta’ Palumbo Shipyards Antonio Palumbo u ibnu Raffaele, ingħataw sentenza ta’ sitt snin ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja li ramew b’mod illegali skart kimiku perikoluż.

Iż-żewġ negozjanti, kienu fost seba’ persuni misjuba ħatja minn Qorti f’Messina li ffaċilitaw ir-rimi ta’ tunnellati sħaħ ta’ skart kimiku li kien jintuża għat-tiswija tal-vapuri, bejn l-2011 u l-2013.

Skont rapporti, l-avukati tagħhom mistennija jappellaw mis-sentenza

Antonio Palumbo dejjem ċaħad l-akkużi tant li dejjem saħaq li l-akkużi kienu motivati politikament. F’intervista ma’ The Times of Malta fl-2013, Palumbo kien saħaq li l-każ huwa frott “is-sistema politika delikata,” fl-Italja.

Kollox beda meta uffiċjali Taljani kienu qablu l-materjal perikoluż mormi ma’ kampjuni ta’ materjali oħra fil-faċilità ta’ Messina ta’ Palumbo.

Il-każ kien wasal f’Malta wkoll fejn l-awtoritajiet kienu fetħu investigazzjoni fuq il-faċilità Maltija wara informazzjoni li kimiċi simili kienu ġew mormija f’Malta u midfuna taħt il-konkrit.

Wara diversi spezzjonijiet kien irriżulta li materjal simili għal dak misjub f’Messina kien preżenti wkoll f’kampjuni minn konkrit elevat mill-faċilità f’Malta.

Il-MaltaToday kienet saħansitra irrappurtat li l-investigazzjoni dwar dan kienet intemmet fl-2016 bl-Awtorità tal-Ippjanar u awtoritajiet oħra kienu għaddejin b’diskussjonijiet biex ikunu determinati l-passi li għandhom jittieħdu.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook