Raġel ta’ 39 sena mill-Brażil qed jinżamm arrestat wara li nqabad dieħel Malta b’aktar minn żewġ kilogrammi droga kokaina.
Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat kif waqt ħidma mis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni stazzjonati fl-Ajruport li kienu qed jikkontrollaw il-passapporti, ir-raġel deher jaġixxi b’mod suspettuż.
Kien għalhekk li r-raġel inżamm u saret fuqu tfittxija għad-droga.
Huwa tressaq il-Qorti aktar kmieni llum. Minkejja li wieġeb mhux ħati tal-akkużi, fosthom dwar pussess aggravat u importazzjoni tad-droga, ir-raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.