Qorti | Tirrakkonta kif meta kellha 10 snin kuġinuha kien stupraha u jġiegħlha tmissu

"Kien iġiegħlni mmiss il-partijiet privati tiegħu u jmexxi jdejh 'l fuq u 'l isfel..." xehdet iż-żagħżugħa, llum ta' 16-il sena

Il-Qorti dalgħodu semgħet rakkont mill-aktar xokkanti f'xhieda ta' tifla li kienet abbużata meta kellha 10 snin minn kuġinuwha. L-aggressur kellu 17-il sena dak iż-żmien. 

"Kien iġiegħlni mmiss il-partijiet privati tiegħu u jmexxi jdejh 'l fuq u 'l isfel..." xehdet iż-żagħżugħa, llum ta' 16-il sena.

Hija xehdet kif l-abbuż kien iseħħ bejn darba u darbtejn fix-xahar. "Darba qalli biex ma ngħid lil ħadd. Niftakar biss li kont nibża' li kienu se jgħajtu miegħi jew li nkisser lill-familja jekk niftaħ ħalqi. Ma kellix biżżejjed kuraġġ nitkellem," qalet it-tfajla. 

Hija rrakkontat li darba oħra kienet fuq is-sodda ma' żewġ kuġini oħrajn...l-akkużat kien qiegħed jilgħab logħba fuq il-playstation jistenna t-telefonata. Imbagħad daħal fis-sodda, qabadli jdejja u jiena bdejt nirreżisti mingħajr ma nqajjem lit-tfal. Poġġieli jdejja fuq ġismu imma jiena m'għamilt xejn. Qisu ħames sa għaxar minuti wara irċieva dik it-telefonata li kien qed jistenna u allura waqaf u libes.  

Hija rrakkontat ukoll kif darba kienet fil-'washroom' u stupraha iżda malli bdiet tagħmel ħsejjes biex turi li qed tweġġa hu waqaf. 

"Naturalment il-ġisem kien jieħu pjaċir b'dawn l-affarijiet iżda l-moħħ le," qalet it-tfajla qabel kompliet tgħid li dak li ġara kissirha mentalment u kienet tibki ħafna. "Il-fiduċja fija nnifsi hija baxxa ħafna," sostniet it-tfalja. 

F'dan il-punt tqajmu diversi mistoqsijiet dwar ritratti li t-tfajla għandha fuq il-paġna tagħha ta' Facebook. Fih hi tidher bl-istraw f'ħalqha u b'għajnejha magħluqin u kif dan jirrifletti fuq il-fiduċja fiha nnifisha. 

More in Qrati u Pulizija