Zammit Dimech jirbaħ libell kontra Alfred Sant

Lejlet l-elezzjoni tal-2008, Sant kien allega li Zammit Dimech irċieva tixħim mill-kuntratti tal-Isle of MTV

L-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech rebaħ libell li kien fetaħ kontra l-eks Prim Ministru Alfred Sant.

Zammit Dimech kien fetaħ dan il-libell wara artiklu li kien deher fuq The Sunday Times fil-jiem tal-kampanja elettorali tal-2008 u li fih, Sant kien allega li Zammit Dimech kien tħaxxem mill-kuntratti tal-Isle of MTV.

Dak iż-żmien, Alfred Sant kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni

Meta mistoqsi x’evidenza għandu biex jipprova dak li qed jgħid, Sant kien wieġeb li din hija xi ħaġa li kulħadd jaf.

Il-Maġistrat Gabriella Vella insistiet li kumment jista’ jkun meqjus biss li huwa fl-interess pubbliku jekk ikun sostanzjalment veritier.

Kompliet tgħid li ġaladarba ma kienx hemm evidenza li tipprova l-allegazzjonijiet, il-kummenti huma meqjusa libellużi anke għax dawn saru fi żmien elezzjoni ġenerali.

Sant kien ordnat iħallas €2,000 f’danni lil Zammit Dimech.

More in Qrati u Pulizija