Aġġornata | Żagħżugħ arrestat wara li seraq €54,000 mingħand ommu

Żagħżugħ jinstab ħati li seraq €54,000 mingħand ommu, l-Maġistrat wissietu...

Żagħżugħ ta' 19-il sena minn Birżebbuġa ingħata sentenza sospiża għal sentejn priġunerija sospiżi għal tliet snin. 

Iż-żagħżugħ li qal li jaħdem fil-loġistika tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea akkużat b'serq u fabrikazzjoni tal-evidenza. 

L-Ispettur Mario Xiberras u Roderick Attard li kienu qed imexxu il-Prosekuzzjoni qalu illi ż-żagħżugħ ħeba fluis kontanti għal total ta' €54,000 u li kienu ta' ommu fil-basket li fih jinżamm il-laptop u f'kaxxa taż-żraben fil-kamra tas-sodda. 

L-omm li xehdet bid-dmugħ f'għajnejha qalet illi l-familja kienet għaddejja minn seprazzjoni diffiċli u li jekk tipproċedi aktar kontra binha tkun qed tkissru minflok tgħinu. 

Il-Qorti kkunsidrat l-ammissjoni tiegħu u l-fatt illi rritorna l-flus . Il-Maġistrat Galea wissiet liż-żagħżugħ biex joqgħod attent u ma jiksrix il-liġi, speċjalment fit-tliet snin li ġejjin għax jispiċċa l-ħabs. 

More in Qrati u Pulizija