Iwieġeb mhux ħati li seraq l-istess pompa tal-petrol li seraq ix-xahar l-għadda

Ir-raġel kien instab ħati tant li bħalissa qed jiskonta sentenza sospiża ta' ħabs

Raġel wieġeb mhux ħati li seraq ammont ta’ flus minn pompa tal-petrol, l-istess pompa li x-xahar li għadda kien instab ħati li seraq.

L-Ispettur Roderick Attard, ressaq lir-raġel li għandu 32 sena u akkużat li bil-lejl fid-29 ta’ Diċembru u 2 ta’ Jannar, seraq mill-pompa tal-petrol.

Kien akkużat ukoll li kkawża ħsara u li wettaq dawn ir-reati fi żmien li qed jiskonta sentenza sospiża mogħtija lilu x-xahar li għadda.

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest waqt li insistiet li r-raġel għandu indirizz fiss u għandu l-familja tiegħu f’Malta.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest kemm għax ir-raġel qed jiskonta sentenza sospiża u anke minħabba l-kondotta tiegħu.

Il-Qorti ordnat li r-raġel jinżamm arrestat.

More in Qrati u Pulizija