Probation għal żagħżugħ li kien wieġeb ħati b'miżaproprijazzjoni ta' fondi

L-akkużat wieġeb ħati f'Novembru li għadda iżda ħallas l-ammonti kollha dovuti

Żagħżugħ tpoġġa taħt probation wara li tressaq akkużat b’miżaproprijazzjoni ta’ fondi minn diversi kumpaniji.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat ħallas l-ammonti kollha lura.

Huwa kien akkużat b’miżaproprijazzjoni ta’ pagamenti għal servizzi, mill-MFCC u l-Grupp Corinthia u anke pagamenti ta’ klijenti minn Demajo Group.

Jidher li dawn il-fondi kienu għall-impjegati tiegħu.

Huwa kien akkużat ukoll li sar reċediv.

L-akkużat irrifjuta li jkellem avukat qabel l-interrogazzjoni.

Huwa ammetta l-akkużi kollha f’Novembru li għadda.

L-avukati għat-tliet kumpaniji inkwistjoni qalu fil-Qorti li l-ammonti kollha misruqa tħallsu  lura.

Għalhekk, l-akkużat tpoġġa taħt probabtion għal tliet snin.

More in Qrati u Pulizija