Nuqqas ta' provi jeħilsu lill-Viċi Sindku tax-Xgħajra minn akkużi ta' fastidju

Il-Qorti rrimarkat kif il-parti li ħassitha inġurjata xehdet esklussivament fuq profili foloz ta' Facebook

Il-Viċi Sindku tax-Xgħajra inħeles minn akkużi miġjubin kontrieh, jiġifieri dawk li ffastidja lill-eks sieħba tiegħu.

Il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, osservat li ma kellhiex biżżejjed provi kontra l-akkużat quddiemha. 

"Il-fajl tal-każ għandu nuqqas ta' provi f'dan ir-rigward tant li l-parti inġurjata qed tixhed esklussivament fuq profili foloz ta' Facebook minn fejn intbagħtu messaġġi lilha."

Għalkemm l-akkużat kien ammetta illi għamel profili foloz fuq Facebook, il-ħolqien ta' dawn il-profili u d-data ta' meta nħolqu ma kienux pruvati mingħajr ebda dubju, sostniet il-Qorti. 

Il-Qorti għalhekk ħelset lir-raġel minn kull akkuża.

More in Qrati u Pulizija