Jagħmel ħsara fuq ħames karozzi pparkjati waqt li kien fis-sakra

Il-każ seħħ ilbieraħ f'Misraħ Bandolier fiż-Żejtun 

Żagħżugħ ta’ 28 sena tressaq il-Qorti akkużat li kkawża ħsara fuq ħames karozzi waqt li kien fis-sakra u li insulenta uffiċjal tal-Pulizija.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxja, biż-żagħżugħ ikun akkużat li wettaq ħsara fuq ħames karozzi li kienu pparkjati f’Misraħ Bandolier fiż-Żejtun u li aktar tard insulenta u injora struzzjonijiet tal-Pulizija.

Huwa kien akkużat ukoll li kien fis-sakra fil-pubbliku u li ma kienx f’pożizzjoni li jikkontrolla lilu nnifsu u anke li kiser il-paċi pubblika.

Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati bl-avukat Franco Debono jitlob għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti aċċettat it-talba tad-Difiża, bl-akkużat ikun ordnat jiffirma fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa u jħallas depositu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.

More in Qrati u Pulizija