Support worker akkużat li stupra erba' immigranti taħt l-età jinħeles mill-arrest

Il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ wara li żewġ tfajliet qalu lill-ħaddiema soċjali dwar dan l-abbuż

Support Worker li qed ikun akkużat li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ erba’ tfajliet taħt l-età u li qed jitolbu l-ażil, ingħata l-ħelsien mill-arrest.

L-akkużat tressaq il-Qorti fl-20 ta’ Novembru li għadda akkużat li stupra lit-tfajliet, li ġieli ħallashom biex ikollu x’jaqsam magħhom u li wettaq reati li kien fid-dmir li jippreveni.

Il-Pulizija bdiet tinvestiga dan il-każ wara li żewġ tfajliet qalu lill-ħaddiema soċjali dwar dan l-abbuż.

Aktar kmieni dan ix-xahar, l-Ispettur John Spiteri u Joseph Busuttil qalu lill-Qorti li l-akkużat kellu x’jaqsam ma’ waħda mit-tfajliet fix-shelter u stupra lill-vittmi l-oħra li dak iż-żmien kienu talbu l-assistenza tal-awtoritajiet.

Fl-aħħar seduti, ir-raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest hekk kif it-tfajliet kienu għadhom ma tawx ix-xhieda tagħhom.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €8,000 u depożitu ta’ €500 filwaqt li kien ordnat jiffirma fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa.

Il-każ ikompli.

More in Qrati u Pulizija