'Sirt bisesswali wara li kont abbużat' - jgħid wara li ħallas għal sess ma' ġuvintur taħt l-età

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma tliet snin priġunerija lil raġel li kien iħallas lil ġuvintur taħt l-età biex ikollu x'jaqsam magħhom sesswalment

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza priġunerija li ngħatat qabel mill-Qorti, wara illi kien akkużat u nstab ħati illi kien qed jagħti l-ikel u l-flus għal pjaċiri sesswali mingħand subien adoloxxenti. 

Ir-raġel, mill-Belt Valletta, ingħata sentenza priġunerija għal tliet snin wara li ammetta l-akkużi miġjubin kontrieh. Hu kien fetaħ appell għax ħass li s-sentenza kienet ħarxa wisq speċjalment minħabba li l-kondotta tiegħu kienet nadifa.  

Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera semgħat kif l-akkużat kien jaħdem f'ħanut tal-pastizzi. Hu kien jagħti lil dawn iż-żewġ subien ikel u flus u jitlobhom biex jgħmel sess orali magħhom. 

L-akkużat għandu erbat'itfal u qal illi hu "sar" bisesswali wara li kien abbużat minn qassis u pulizija meta kien għadu żgħir. Hu kompla jgħid li pprova jsib "ħajja normali" minħabba l-biża' tiegħu minn Alla. 

Mistoqsi jekk qatt kellux x'jaqsam ma' persuni taħt l-età huwa qal li fi tliet okkażjonijiet għamel sess orali ma' ġuvni ta' 17-il sena u kien itih €20 kull darba. Kien mar ukoll ma' żewġ ġuvintur, it-tnejn ta' 15-il sena, wieħed Malti u ieħor Somalu. Qal ukoll illi pprova jkollu x'jaqsam ma' tifel ta' 13-il sena, imma dan m'aċċettax. 

Huwa skuża ruħu u qal illi mhux se jerġa jwettaq l-att.

Il-Maġistrat sostniet illi l-appellant, minkejja li sostna illi kien abbużat missu fittex l-għajnuna u mhux "reġa għamel l-istess u trawmatizza vittmi żgħar oħrajn. Għalhekk il-Qorti trid li tgħaddi messaġġ lis-soċjetà illi akkużi bħal dawn huma ta' min jistmerrhom u dan irid ikun rifless fis-sentenza."

More in Qrati u Pulizija