Jingħata l-ħelsien mill-arrest l-uffiċjal tal-ħabs akkużat li stupra priġunieri taħt l-età

Huwa qed iwieġeb mhux ħati li stupra priġuniera ta’ 15-il sena u li ġiegħel lilha u lil priġuniera oħra biex ikollhom x’jaqsmu miegħu

Uffiċjal tal-ħabs akkużat li abbuża sesswalment żewġ priġunieri taħt l-età ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li xehdu ż-żewġ vittmi.

L-akkużat li għandu 52 sena, tressaq quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli bħal-lum ġimgħa akkużat bi stupri, li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ persuni taħt l-età, b’fastidju sesswali u wettaq reat li hu kien fid-dmir li jippreveni.

Huwa qed iwieġeb mhux ħati li stupra priġuniera ta’ 15-il sena u li ġiegħel lilha u lil priġuniera oħra biex ikollhom x’jaqsmu miegħu.

Ix-xhieda tal-vittmi nstemgħet wara l-bibien magħluqa.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €5,000.

More in Qrati u Pulizija