Tgħidlu li mgħaġġla iżda jsabbatha mal-ħajt tat-triq biex ibusha u jmissha

Ir-raġel tressaq akkużat b’reati simili erba’ darbiet oħra u kien saħansitra weħel il-ħabs

Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li attakka sesswalment mara fil-Belt Valletta.

Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel waqqaf lill-mara fi Triq il-Punent il-Belt Valletta iżda qaltlu li kienet mgħaġġla. Flok resqilha, qabadha, sabatha mal-ħajt u pprova jbusha u jmissha.

Il-mara rnexxielha taħrab u rrappurtat lir-raġel fl-Għassa tal-Belt Valletta.

Fost akkużi oħra, ir-raġel ta’ 50 sena mill-Belt Valletta, qed ikun akkużat li kiser żewġ ordinijiet ta’ probation. Huwa wieġeb mhux ħati.

Il-prosekuzzjoni spjegat kif ir-raġel kien instab ħati b’reati simili u għalhekk oġġezzjona għall-ħelsien mill-arrest.

Min-naħa tagħha, d-Difiża saħqet li l-akkużat kien qed jara psikoloġista bil-għan li jegħleb kundizzjoni li ma tatx id-dettalji tagħha.

“Għax żbalja darba ma jfissirx li se jerġa’ jiżbalja,” saħqet il-avukat tiegħu iżda l-Qorti dlonk għamlet referenza għal kondotta tar-raġel li hija twila ftit mhux ħażin.

Fil-fatt, l-akkużat tressaq akkużat b’reati simili erba’ darbiet oħra u kien saħansitra weħel il-ħabs.

More in Qrati u Pulizija