Ħati li faqa' tazza tal-ħġieġ f'għajnejn raġel ieħor

Il-vittma baqa' parzjalment għami

Żagħżugħ ta’ 24 sena nstab ħati li faqa’ tazza tal-ħġieġ f’għajnejn raġel ieħor u ħallih parzjalment għami.

Huwa ngħata sentenza ta’ ħames snin ħabs.

Il-każ seħħ f’April li għadda, meta ż-żagħżugħ, Serb li kien jaħdem bħala barman, ħebb għar-raġel, mużiċista magħruf u li spiċċa b’30% diżabilità permanenti.

Xhieda kienu qalu li l-inċident seħħ meta żewġt irġiel intalbu jħallu l-bar għax kienu fis-sakra u bdew idejqu persuni oħra. Wieħed minnhom kien propju l-akkużat, li huwa hu ħiereġ dar fuq il-vittma u waddablu tazza tal-ħġieġ f’wiċċu.

L-akkużat insista li waddab it-tazza għax beża’ minħabba kommossjoni li qamet fil-bar, iżda skont il-vittma, l-akkużat waddablu t-tazza tal-ħġieġ għalxejn.

Is-Serb saħaq li jiddispjaċih għal dak li għamel u talab maħfra.

Madanakollu, il-Prosekuzzjoni appellat bis-sentenza tkun tali li sservi ta' detterent għal każijiet simili fil-futur. 

More in Qrati u Pulizija