Arrestat wara li kien se jħalli Malta b'€34,500 mhux iddikjarati

Ir-raġel tressaq il-Qorti u ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm jiffirma kuljum fl-għassa tal-Pulizija

Raġel ta’ 40 sena tressaq il-Qorti akkużat li ma ddikjarax li kien se jitlaq minn Malta b’aktar minn €34,500 fi flus kontanti.

L-akkużat, mil-Libja, twaqqaf ftit qabel ma qabad l-ajruplan li lbieraħ kellu jħalli Malta lejn Madrid.

Il-prosekuzzjoni spjegat li r-raġel ma ddikjarax li kien se jkun qed iġorr aktar minn €10,000 fi flus kontanti.

Sa issa għadu mhux magħruf minn fejn ġab il-flus bil-prosekuzzjoni tisħaq li għad fadlilha dettalji x’tinvestiga.

L-akkużat wieġeb mhux ħati.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €10,000 u depożitu ta’ €10,000. Kien ordnat ukoll jiffirma kuljum fl-għassa.

More in Qrati u Pulizija