Imur għall-bejjiegħ b'sikkina għax il-karozza li xtara kienet difettuża

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar bir-raġel jitressaq il-Qorti dalgħodu

Raġel ingħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn wara li ħebb għal bejjiegħ tal-karozzi għax il-karozza li xtara kienet difettuża.

Ir-raġel li għandu 53 mid-Danimarka tressaq akkużat li kien qiegħed iġorr arma, li kien qed iġorr sikkina mingħajr permess, li hedded lill-bejjiegħ, insultah, heddu u kiser il-paċi pubblika.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat xtara karozza li aktar tard irriżulta li kienet difettuża. Meta mar biex jilmenta mal-bejjiegħ, qam argument u kien hawn li l-akkużat allegatament ħareġ sikkina u ppuntaha lejn il-vittma waqt li talbu l-flus lura.

L-avukat Leontine Calleja qal lill-Qorti li r-raġel kien jaf li dak li għamel kien ħażin u talab maħfra.

“F’50 sena qatt ma għamel xejn kontra l-liġi,” kompliet l-avukata.

Il-Qorti ordnat ukoll li l-vittma jingħata l-protezzjoni filwaqt li kkonfiskat is-sikkina.

More in Qrati u Pulizija