Silvio Zammit bi protest ġudizzjarju biex tinbidel klawżola fil-Kodiċi Ċivili

Ilbieraħ, Silvio Zammit tpoġġa taħt att ta’ akkuża dwar tixħim f’negozjati li trattaw il-leġiżlazzjoni tat-tabakk

In-Negozjat Silvio Zammit fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Gvern u talab lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici biex ibiddel klawżola fil-Kodiċi Kriminali, biex Maġistrat ikun jista’ jiddikjara magħluqa l-evidenza tal-prosekuzzjoni meta wara numru ta’ seduti l-Avukat Ġenerali ma jġibx evidenza.

Ilbieraħ, Silvio Zammit tpoġġa taħt att ta’ akkuża dwar tixħim f’negozjati li trattaw il-leġiżlazzjoni tas-snus, li huwa tip ta’ tabakk.

Zammit allegatament talab li jixxaħħam biex jinfluwenza tibdil fil-liġijiet Ewropej tat-tabakk, hekk kif John Dalli dak iż-żmien kien Kummissarju Ewropew għas-Saħħa.

Għal snin twal dan in-negozjant Slimiż kien kanvasser tal-eks Ministru Nazzjonalista John Dalli.

L-aħħar xhud kontra Zammit, Inge Delfoss, irrifjuta li jiġi Malta biex jevita li jinkrimina lilu nnifsu. Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali rrifjutaw li jiddikjaraw l-evidenza tagħhom magħluqa qabel ma jixhed, iżda dan wassal biex il-każ ma jispiċċa qatt.

Fil-fatt, f’Ġunju li għadda, il-Qorti tal-Appell, fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha sabet li d-drittijiet fundamentali ta’ Zammit inkisru meta l-proċeduri fallew milli jkunu konklużi fi żmien raġonevoli.

Minkejja dan, Zammit insista li minn Lulju 2018, la l-Kummissarju u lanqas l-Avukat Ġenerali ma għamlu xejn bl-avukati tiegħu jisħqu li għalhekk id-drittijiet ta’ Zammit qed jibqgħu jinkisru.

Saħqu li l-fatt li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali qed jinjoraw sentenzi dwarhom, huwa ta’ tħassib serju.

More in Qrati u Pulizija