Żagħżugħ akkużat b'attentat ta' umiċidju jinżamm arrestat

Il-każ seħħ ilbieraħ f'appartament f'San Ġiljan

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ umiċidju.

Il-każ seħħ jumejn ilu f’appartament f’San Ġiljan meta l-akkużat, li għandu 22 sena minn Sqallija, allegament ta daqqiet ta’ sikkina lil Sqalli ieħor.

Huma kienu f’appartament f’San Ġiljan.

Il-vittma sofra minn ġrieħi gravi.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li għad fadal persuni x’jixhdu.

More in Qrati u Pulizija