Iwieġbu mhux ħatja li kienu qed jaħdmu logħob tan-nar ġo għalqa fil-Gudja

Iż-żewġ anzjani ngħataw il-ħelsien mill-arrest

Ritratt | Mill-arkivji
Ritratt | Mill-arkivji

Żewġt aħwa li tressqu l-Qorti akkużati li kienu qed jaħdmu l-logħob tan-nar b’mod illegali fil-Gudja, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.

Iż-żewġt aħwa, li għandhom 69 u 67 sena, ġew arrestati nhar is-Sibt li għadda wara li fl-għalqa tagħhom fil-Gudja nstabu 20 kilogramma porvli.

Id-difiża saħqet li ż-żewġ akkużati ma għandhomx passaport għax qatt ma ħallew Malta u għalhekk ma kienx għalfejn jinżammu arrestati għax ma hemm l-ebda periklu li dawn se jaħarbu mill-pajjiż.

Il-Qorti aċċettat li tagħtihom il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €400 u garanzija personali ta’ €8,000

Huma ġew ordnati ma jħallux il-pajjiż u anke biex ma jersqux lejn ix-xhieda. Intalbu jiffirmaw l-għassa bejn it-8:00am u l-5:00pm.

Il-prosekuzzjoni talbet li jekk 'il quddiem jinstabu ħatja, din l-għalqa għandha tiġi kkonfiskata.

More in Qrati u Pulizija