Żewġ tfajliet fl-aħħar xhur tat-tqala għall-ħabs fuq serq

Il-Maġistrat Joe Mifsud saħaq li t-tfajliet naqsu milli jipproteġu lill-uliedhom u ssieħbu f'organizzazzjoni kriminali li ġabithom Malta biex jisirqu

Żewġ tfajliet li qed jistennew tarbija weħlu erba' xhur ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja b'pickpocketing.

Iż-żewġ żgħażagħ Bulgari, li għandhom 25 u 23, li jinsabu fi stadju avvanzat ta' tqala, tressqu akkużi li serqu wallet ta' mara minn ħanut tal-ħwejjeġ f'Tas-Sliema.

Il-Maġistrat Joe Mifsud saħaq li n-nisa ġew identifikati t-tnejn li huma minn fuq CCTV.

Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Joe Mifsud saħaq li l-aġir ta' ftit barranin qiegħed jagħmel ħsara kbira lir-reputazzjoni ta' ħafna persuni oħra mhux Maltin li jinsabu Malta.

Insista li filwaqt li l-Qorti dejjem ipproteġiet il-ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali tagħha, dawn iż-żewġ akkużati naqsu milli jipproteġu t-tfal tagħhom mhux imwielda u ssieħbu f'organizzazzjoni kriminali li ġabithom Malta biex jisirqu.

More in Qrati u Pulizija