Klijent 'sakranazz' iwaddab flixkun tal-ħġieġ f'wiċċ impjegata

Il-każ seħħ ilbieraħ f'ħanut fil-Marsa

Raġel li waddab flixkun tal-ħġieġ lil barmaid ġo ħanut fil-Marsa u li kkawżalha ġrieħi gravi, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Ir-raġel Eritrean, qed ikun akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq mara, li kien vjolenti fil-konfront tagħha u l-impjegatur tagħha, li insultaha u heddidha.

Jidher li l-istess raġel kien imwissi tlett ijiem qabel biex ma jżurx il-ħanut minħabba l-fatt li kull meta kien imur kien jisker u jaqla’ l-inkwiet.

Ilbieraħ, meta kienu qed jagħlqu, l-akkużat ma riedx jitlaq. Waddab fliexkun lis-sid iżda ma laqtux u dlonk qabad flixkun ieħor u waddbu lejn l-impjegata u laqatha.

Il-mara kellha bżonn ħames punti f’rasha u sitt punti f’rasha.

Għalhekk l-akkużat wieġeb mhux ħati u l-avukat tiegħu insista li kien taħt l-effett tal-alkoħol, il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

More in Qrati u Pulizija