Qorti | Jinżamm arrestat wara li sawwat lil ommu għax ma sajritlux

Avukat tirrakkonta kif l-akkużat ilu 10 snin jabbuża minn ommu u dakinhar tal-arrest sabitha mrewra u mweġġa'

Żagħżugħ ta' 23 sena li allegatament 'brutalment' refa' jdejh fuq ommu għax ma sajritlux, tressaq il-Qorti u nżamm arrestat.

L-akkużat tressaq mill-Ispettur Roderick Attard quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke. Huwa kien akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil ommu u li kkawżala biża' għal diversi xhur. Huwa kien akkużat ukoll li sar reċediv.

Huwa wieġeb mhux ħati u l-Avukat tad-Diviża, Martha Mifsud, talbet għall-ħelsien mill-arrest għax fi kliema normalment hekk issir.

Hija ddeskrivit il-każ bħala 'argument banali li ħarab minn idejn l-akkużat." Insistiet li ż-żgħażagħ ġieli kien akkużat fuq affarijiet żgħar ħafna u li ma xtaqtx jitlef l-impjiet minħabba każ simili.

Iżda l-Avukat Stefanie Caruana, li kienet qed tidher għall-omm, saħqet li ż-żgħażagħ ilu 10 snin jabbuża lil ommi.

"Il-Pulizija sabet lil omm imwerwra. F'ġurnata waħda marret darbtejn il-poliklinika għall-kura," kompliet l-Avukat.

Il-Qorti odnat li jinżamm arrestat kemm minħabba dak li wettaq u anke għax tibża' li jbagħbas l-evidenza.

More in Qrati u Pulizija