Qorti | Jarrestawh fl-Italja wara li ħarab minn Malta ftit qabel beda l-ġuri

L-akkużat kien ħarab flimkien ma sieħbu li wkoll inqabad f'Diċembru li għadda

Raġel ta' 39 sena li ħarab minn Malta ftit jiem qabel ma beda jgħaddi ġuri tressaq il-Qorti dalgħodu, fost l-oħrajn akkużat bi traffikar tad-droga eroina lura fl-2010.

L-akkużat ġie arrestat fl-Italja, nġib Malta u llum tressaq akkużat flimkien ma' sieħbu, Niġerjan ukoll, li għandu 41 sena.

L-Assistent Kummissarju, Dennis Theuma, qal lill-Maġistrat Audrey Demicoli li l-akkużat kien itraċċat l-Italja xahar ilu wara li qatta' aktar minn sena maħrub.

Sieħbu, li wkoll kien ħarab miegħu, ġie arrestat f'Diċembru li għadda wara li anke għalih kien inħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew.

More in Qrati u Pulizija