Lifeline | Il-kaptan tal-bastiment jitħalla jmur il-Ġermanja biex jara lil ommu

Reisch, li għandu 57 sena, qed ikun akkużat li daħal fl-ibħra Maltin mingħajr permess u anke b’irregolaritajiet fir-reġistrazzjoni tal-bastiment

Il-kaptan tal-bastiment MV Lifeline, Claus-Peter Reisch, ingħata l-permess biex imur il-Ġermanja iżur lil ommu li għandha ‘l fuq minn 90 sena.

Reisch, li għandu 57 sena, qed ikun akkużat li daħal fl-ibħra Maltin mingħajr permess u anke b’irregolaritajiet fir-reġistrazzjoni tal-bastiment.

S'issa fil-Qorti  ħarġu dawn il-punti:

Huwa tħalla jdaħħal il-bastiment f’Malta, b’233 immigrant abbord, wara aktar minn ħamest ijiem bejn sema u ilma wara li l-Gvern Malti assigura li l-immigranti jitqassmu fost għadd ta’ pajjiżi.

Fil-fatt kienu disa’ dawn il-pajjiżi li qablu li jgħinnu lil Malta.

Il-Gvern Malti kien akkuża wkoll lill-kaptan li injora struzzjonijiet mill-awtoritajiet Taljani, tant li l-Prim Ministru Joseph Muscat tefa' l-ħtija tal-kwistjoni kollha li nqalgħet fuq il-kaptan.

Minn dakinhar li nżamm il-bastiment f'Malta, il-Gvern Malti għalaq il-portijiet għall-bastimenti tal-NGOs li jsalvaw l-immigranti. 

Dan ġab il-kundanna ta' diversi għaqdiet li qed jakkużaw lill-Gvern li bid-deċiżjoni tiegħu, mijiet ta' immigranti qed imutu fil-Mediterran. Ma' dawn ingħaqdu wkoll L-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna u l-Isqof ta' Għawdex Mario Grech.

More in Qrati u Pulizija