Eks Assistent Kummissarju akkużat b'hit and run waqt li kien fis-sakra

...din mhux l-ewwel darba li Mario Tonna xellef difrejgħ mal-ġustizzja

L-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Mario Tonna, se jitressaq il-Qorti akkużat li kien qed isuq xurban meta ħabat ma' karozza u baqa' sejjer.

Huwa kellu jitressaq dalgħodu iżda l-każ kellu jkun pospost minħabba li wieħed mill-Avukati ma setax jattendi għas-smigħ, biex issa l-każ se jinstema' f'Novembru li ġej.

Il-każ seħħ ftit tax-xhur ilu meta Tonna kien qed isuq Tas-Sliema u allegatament baqa' dieħel f'erba' karozzi u baqa' sejjer.

Huwa nstab ftit wara mill-pulizija fid-dar tiegħu meta għamlulu t-test tal-breathalyser sabu li kien taħt l-effett tal-alkoħol

F'Jannar li għadda, l-istess Tonna kien arrestat wara rapport ta' vjolenza domestika li għamlet is-sieħba tiegħu. Dan ir-rapport kien wassal biex Tonna jirriżenja mill-Korp.

Minkejja li l-mara kienet qalet li din ma kinitx l-ewwel darba li refa' jdejh fuqha u li kellu problema serja tax-xorb, hija kienet waqqgħet l-akkużi kontrih.

Lura fl-2011, l-istess Tonna kien instab ħati li intimida lis-superjur tiegħu, is-Supretendent Carmelo Bartolo.

Minkejja dan, huwa kien inħatar Assistent Kummissarju f'Ġunju tas-sena li għaddiet u kien responsabbli mit-traffiku fost oħrajn.

More in Qrati u Pulizija