Jinżamm arrestat wara li weġġa' lis-sieħba u lit-tifla tiegħu

Fil-Qorti l-akkużat irrakkonta kif ma jafx x'sar minn ommu għax kienet inħatfet fis-Sirja

Raġel inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li weġġa’ lis-sieħba u lit-tifla ta’ 11-il sena waqt argument li kellhom id-dar ilbieraħ filgħaxija.

L-akkużat Sirjan tressaq quddiem il-Maġistrat Donatello Frendo Dimech akkużat li kkawża biża’ fis-sieħba u fit-tifla tiegħu, weġġagħhom ħafif, heddidhom u kiser il-paċi pubblika.

Waqt is-seduta r-raġel qal li twieled f’Aleppo u meta ġie mistoqsi jekk għandux aħbar ta’ ommu u missieru qal li missieru huwa ħaj iżda ma jafx x’sar minn ommu għax kienet ġiet maħtufa.

Huwa ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest.

Madanakollu, minħabba n-natura tal-akkużi u anke għax il-vittmi għad iridu jixhdu, ir-raġel inżamm arrestat.

More in Qrati u Pulizija