Missier u iben jiġu fl-idejn fl-għassa tal-Pulizija

...il-missier mar jirrapporta lill-ibnu minħabba theddid kontinwu iżda dan mar warajh u ġew fl-idejn

Żagħżugħ ta' 22 sena tressaq il-Qorti akkużat li ta fastidju u hedded lill-missieru waqt argument li kellhom bejniethom.

L-akkużat, mill-Kalkara, tressaq quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale akkużat li hedded lil missieru permezz ta' telefonati kontinwi u anke kkawżalu biża'.

Ir-raġel mar fl-għassa tal-Pulizija biex jirrapporta lill-ibnu iżda dan segwih u wara argument ġew fl-idejn tant li kellhom jintervjenu l-pulizija.

Wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija spiċċa bil-qmis imqatta'.

Kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika, iġġieled u tkellem ħażin fil-pubbliku u anke li kiser l-ordnijiet tal-pulizija.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. L-avukati tiegħu talbu għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €5,000.

More in Qrati u Pulizija