Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Żagħżugħ akkużat li attakka lil ħuh b'sikkina

...l-avukat jinsisti li l-akkużat kien qed jiddefendi lilu nnifsu

Yendrick Cioffi / 4 ta' Lulju 2018 17:05
Żagħżugħ ta' 18-il sena ma waqafx jibki fil-Qorti meta tressaq akkużat li attakka lil ħuħ b'daqqiet ta' sikkina.

L-akkużat, mill-Fgura, tressaq quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia akkużat li ta' daqqiet ta' sikkina lil ħuh u li kkawżalu ġrieħi gravi f'ideh.

Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati bl-avukat tiegħu jinsisti li kien qed jiddefendi lilu nnifsu. Insista li jista' jkun li l-ġrieħi tal-allegat vittma kkawżahom hu stess.

Kien għalhekk li talab għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti aċċettat din it-talba fuq garanzija personali ta' €5,000. Ordnat li l-vittma jingħata l-protezzjoni u ordnat ukoll lill-akkużat biex ma jersaqx lejn il-Fgura.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook