Jinżamm arrestat wara li nqabad iġorr 75 pakkett kokaina u sikkina ġo klabb

L-akkużat li għandu 49 sena kien arrestat ma’ żewġt irġiel oħra li wieħed minnhom għandu 18-il sena

Raġel se jinżamm arrestat wara li nstab li kien qed iġorr 75 pakkett kokaina fi klabb ta’ divertiment f’San Ġwann.

L-akkużat li għandu 49 sena kien arrestat ma’ żewġt irġiel oħra, li wieħed minnhom għandu 18-il sena, waqt rejd li sar fl-istess klabb.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Apparti d-droga, ir-raġel qed ikun akkużat li kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja, li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u wettaq reat viċin post frekwentat miż-żgħażagħ.

Id-Difiża ma talbitx il-ħelsien mill-arrest iżda talbet li jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli.

Il-Qorti odnat lid-direttur tal-ħabs biex jinvestiga din il-kwistjoni u jieħu kwalunkwe deċiżjoni li jaħseb li tkun neċċessarja.

More in Qrati u Pulizija