Sentenza sospiża għal raġel li seraq basket li 'ħasbu' abbandunat

L-akkużat wieġeb ħati iżda insista li ħa l-basket għax ħaseb li xi ħadd ħallih waraj

Raġel wieġeb ħati li seraq basket tad-ditta li kien fih mowbajl, flus u oġġetti oħra iżda saħaq li għamel hekk għax kien mingħalih li l-istess basket kien abbandunat.

L-akkużat li għandu 36 sena, minn Tripli, saħaq fil-Qorti li ma għandux xogħol u għandu status ta’ refuġjat.

Il-Qorti, meta kkunsidrat li l-akkużat wieġeb ħati, li rritorna l-affarijiet kollha misruqa u anke għax il-kondotta tiegħu hija waħda nadifa, ddeċidiet li tagħtih sentenza sospiża.

Huwa ngħata sentenza ta’ sena ħabs sospiżi għal sentejn.

More in Qrati u Pulizija