Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Qorti | Akkużat li stupra tfajla li sar jaf f'ħanut tal-kafè

It-tfajla  taħdem fil-ħanut li jiffrekwenta ħafna l-akkużat u kkonvinċiha biex tmur id-dar tiegħu

Yendrick Cioffi / 18 ta' Ġunju 2018 16:04
Raġel inżamm arrestat wara li allegatament stupra tfajla li sar jafha f’ħanut tal-kafè fil-Belt Valletta u li taħdem fih.

Jidher li l-akkużat ta’ sikwit jiffrekwenta dan l-istess ħanut u kien għamel ħbieb mat-tfajla, tant li kkonvinċiha biex tmur id-dar tiegħu fejn abbużaha sesswalment fit-12 ta’ Ġunju li għadda.

L-akkużat, ta’ nazzjonalità Libjana, tressaq akkużat li stupra lit-tfajla ta’ 21 sena, li żammha kontra l-volontà tagħha u kkawżala ġrieħi ħfief.

Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u d-Difiża talbet il-ħelsien mill-arrest.

Minkejja dan, il-Maġistrat Francesco Depasquale, ċaħad din it-talba.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook