Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Qorti | Twaqqa' l-akkużi kontra r-raġel li spara tiri lejn id-dar tagħha

Il-każ seħħ is-Sibt waranofsinhar wara argument jaħraq bejn il-koppja

Yendrick Cioffi / 11 ta' Ġunju 2018 13:46
Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ammetta li spara tiri lejn ir-residenza tas-sieħba tiegħu wara argument jaħraq li kellhom is-Sibt waranofsinhar.

Minkejja dan, il-vittma infurmat lill-Qorti li riedet tirtira l-każ u li ma riditx tieħu passi kontra l-akkużat u l-istess għamel ir-raġel, li wkoll kellu dritt jieħu azzjoni kontra l-mara.

Kien għalhekk li l-uniku akkużi li baqgħu kontra r-raġel kienu dawk li jiksru l-Ordinanza dwar l-Armi.

Oriġinarjament, l-akkużat tressaq il-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi ħfief fuq is-sieħba tiegħu, li wettaq ħsara fuq ir-residenza tagħha, li kien qed iġorr arma mingħajr liċenzja, li kiser il-paċi pubblika, li hedded lill-mara bl-arma tan-nar u li insultaha.

L-Ispettur Jorsic Mifsud qal li r-raġel l-ewwel spara tiri fl-arja u imbagħad lejn ir-residenza tas-sieħba tiegħu.

Intant, il-pulizija nnutaw li r-raġel kellu marki ta’ gdim fuq widnejh. Il-mara ddaħlet l-isptar minħabba li kienet qed issofri minn xokk, iżda r-raġel irrifjuta l-għajnuna medika.

Ir-raġel ingħata l-ħelsien fuq garanzija personali ta’ €2,000 u bil-kundizzjoni li jmur jgħix ma’ missieru.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook