Jingħataw il-ħelsien mill-arrest iż-żgħażagħ li kitbu dwar l-inċident ta' Simon Schembri

It-tliet żgħażagħ ġew ordnati wkoll ma jikkomunikawx bejniethom

It-tliet żgħażagħ akkużati minħabba kummenti li kitbu fuq Facebook wara l-inċident li ħalla lil Simon Schembri jissielet għal ħajtu, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara 11-il ġurnata fil-ħabs.

Iż-żgħażagħ qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, jiġifieri li kienu qed jinċitaw il-kriminalità u anke li għamlu użu ħażin minn mezzi ta’ kommunikazzjoni.

Tnejn minnhom ingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €5,000. It-tlieta li huma jridu jiffirmaw fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa u ma joħorġux mid-dar bejn nofsilejl u s-seba’ ta’ filgħodu.

Żagħżugħ ieħor kien ordnat iħallas garanzija personali ta’ €8,000 iżda mingħajr l-ebda depożitu, bil-bqija tal-kundizzjonijiet ikunu l-istess.

Ġew ordnati wkoll ma jikkomunikawx bejniethom.

Agħfas hawn biex taqra aktar dwar dak li ntqal ilbieraħ fil-Qorti.

More in Qrati u Pulizija