Missier u iben jinżammu arrestati wara li serqu karozza għall-parts u tawha n-nar

Kemm il-missier u anke l-iben huma magħrufa sew mal-pulizija

Missier u iben mill-Furjana nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li serqu karozza għall-partijiet tagħha u wara tawha n-nar.

Il-Missier li għandu 49 sena u ibnu ta’ 16-il sena, tressqu quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużati b’serq aggravat u li taw in-nar lill-karozza bir-rieda tagħhom stess.

L-iben kien akkużat ukoll li kiser il-kudizzjonijiet imposti fuqu f’każ separat u l-missier akkużat li wettaq reat fi żmien li qed jiskonta sentenza sospiża.

It-tnejn li huma wieġbu mhux ħatja.

Il-prosekuzzjoni ma qablitx mat-talba tad-Difiża għall-ħelsien mill-arrest minħabba li għad fadal nies x’jixhdu fosthom tfal.

 

More in Qrati u Pulizija