Maġistrat jagħti opportunità lil mara biex titbiegħed mis-serq

Mara tammetti fil-Qorti li serqet żewġ ħwienet fil-Belt Valletta

Mara ta’ 45 sena minn Ħaż-Żabbar ammettiet li serqet minn żewġ ħwienet fil-Belt Valletta u li ppruvat tisraq it-tielet ħanut.

Hija kienet akkużata wkoll li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest mogħtija f’Ottubru li għadda.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li kien hemm opportunità li għar-rijabilitazzjoni u għaldaqstant poġġiha taħt tliet snin probation.

Mifsud qal lill-mara li qed jagħtiha ċ-ċans biex tieħu deċiżjoni u tagħżel it-triq tagħha. Saħaq li din hija opportunità għaliha biex titbiegħed mill-krimanlità.

More in Qrati u Pulizija