Ħa lill-ekstfajla fid-dar ta' ommu, sawwatha u stupraha biex 'jagħtiha lezzjoni'

It-tfajla għad għandha biss 15-il sena u kienet toħroġ mal-akkużat qabel ma telaqha għal tfajla oħra

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat lill-ekstfajla tiegħu li għandha biss 15-il sena għax allegatament bagħtet messaġġ lis-sieħba tiegħu.

Huwa tressaq il-Qorti akkużat bi stupru, li kellu x’jaqsam ma’ persuna taħt l-età u li wettaq reat ieħor fi żmien sentenza sospiża.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat kien joħroġ mat-tfajla qabel ma telaqha għal tfajla oħra.

L-Ispettur John Spiteri spjega kif meta nduna li l-ekstfajla tiegħu kienet qed tibgħat messaġġi lis-sieħba tiegħu, ħadha fid-dar ta’ ommu, sawwatha u stupraha biex jagħtiha lezzjoni.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest. L-Avukat tiegħu talab ukoll li isem l-akkużat ma jixxandarx.

Minkejja dan il-Qorti ċaħdet it-talbiet kollha tad-difiża.

More in Qrati u Pulizija