Mara x'aktarx li kienet il-moħħ wara t-theddida ta' bomba fuq il-Gozo Channel

Aktar kmieni din il-ġimgħa, raġel ta’ 30 sena ammetta li għamel it-telefonata

Mara tressqet il-Qorti akkużata li kienet kompliċi fit-theddida falza ta’ bomba abbord vapur tal-Gozo Channel li fit-8 ta’ Mejju li għadda waqqfet is-servizz għal aktar minn tliet sigħat.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, raġel ta’ 30 sena ammetta li għamel it-telefonata għalkemm illum fil-Qorti ntqal li l-indikazzjonijiet huma li tqabbad jagħmel dan mill-akkużata bil-għan li din tevita smigħ fil-Qorti.

L-akkużata, li għandha 34 sena u minn Tas-Sliema, tressqet akkużata li kienet kompliċi f’għadd ta’ reati, fosthom theddid, korruzzjoni u użu ħażin tal-mezzi tal-kommunikazzjoni.

Hija wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.

Id-difiża ma talbitx il-ħelsien mill-arrest bil-każ kompla għal xi ħin bil-bibien magħluqa sakemm instemgħet ix-xhieda ta’ psikologu.

Il-mara ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u l-Qorti ordnat li jitqabbad psikjatra biex jeżamina lill-mara.

Ir-raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest u qed jistenna s-sentenza.

More in Qrati u Pulizija