99 persuna arrestati f'ħamest ijiem minħabba d-droga

Huwa ġew arrestati minn diversi postijiet ta' divertiment madwar Malta

Matul dan tmiem il-ġimgħa, il-pulizija arrestat madwar 99 persuna minħabba li nqabdu fil-pussess tad-droga.

Huwa ġew arrestati minn diversi postijiet ta' divertiment madwar Malta.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u l-45 sena.

Dawn il-persuni nstabu fil-pussess ta' sustanzi illegali suspettati kokaina, ecstasy, raża tal-kannabis kif ukoll ħaxixa tal-kannabis.

Ir-reati jvarjaw minn pussess għall-użu personali sa traffikar tal-istess sustanzi.

More in Qrati u Pulizija