Qorti | Ir-raħħal Ganni Attard jitlef libell kontra l-Orizzont

L-artiklu li dwar kien infetaħ il-libell kien jitkellem dwar multi pendenti li Attard għandu jħares wara diversi każijiet il-Qorti

Ir-raħħal Għawdxi Ganni Attard tilef libell li fetaħ kontra l-editur tal-gazzetta l-Orizzont.

Attard kien fetaħ il-libell wara artiklu ppubblikat mill-gazzetta u li kien jirrapporta kif kif il-poplu qed iħallas €600,000 għall-għassa mal-merħla tiegħu li ma kinitx irreġistrata.

Ir-raħħal kien intalab iħallas din l-ispiża.

L-artiklu kien ikompli jgħid li Ganni Attard kien ingħata ċ-ċans li jirreġistra l-merħla tiegħu iżda hu għamilx dan.

Il-gazzetta kienet qalet ukoll kif għandu eluf ta’ ewro xi jħallas f’multi u li kien instab ħati li kellu fil-pussess tiegħu arma u munizzjon mingħajr liċenzja.

Attard kien ċaħad dak li qal l-artiklu.

Iżda, il-Maġistrat Francesco Depasquale nnota kif Attard kien instab ħati li kien fil-pussess ta’ arma bla liċenzja lura fl-1986 u fl-2002 kien instab ħati wkoll li b’mod illegali kien ħa biċċa art mingħand terzi persuna.

Is-sena li għaddiet kien instab ħati wkoll li kien qed iżomm merħla nagħaġ u mogħoż illegalment.

Huwa jinsab akkużat ukoll li ffroda benefiċċji soċjali apparti każijiet oħra pendenti miftuħa kontrih mid-Dipartiment għall-Agrikoltura u tas-Servizzi Veterinarji.

Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef insista li l-artiklu kien ibbażat fuq fatti.

Il-każ ta' Attard beda sitt snin ilu, meta d-Dipartiment għas-Servizzi Veterinarji kienu qatlu 216-il nagħġa għax ma kinux irreġistrati.

More in Qrati u Pulizija