Qorti | Jinqabad bil-kokaina, kannabis u ecstasy waqt Lost and Found

Ir-Raġel ta' 36 inżamm arrestat minkejja li wieġeb mhux ħati

Raġel ta’ 36 sena nżamm arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ droga kokaina, kannabis u ecstasy waqt il-party Lost and Found li sar f’dan tmiem il-ġimgħa.

Ir-raġel Ingliż tressaq il-Qorti dalgħodu akkużat b’pussess aggravat ta’ droga u li ma kinitx għall-użu personaliu tiegħu.

Huwa wieġeb mhux ħati.

L-avukat tiegħu talab għall-ħelsien mill-arrest iżda dan kien miċħud fil-Qorti.

More in Qrati u Pulizija