Lejl f'Paceville jispiċċa ħażin għal żagħżugħ li faqa' nuċċali ta' pulizija

Il-każ għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu waqt li ż-żagħżugħ kien f’sakra ma jarax art

Ħarġa f'Paceville spiċċat ħażin għal żagħżugħ ta’ 21 sena li spiċċa maqful wara li kisser nuċċali ta’ pulizija b’daqqa ta’ ponn.

Il-każ seħħ ilbieraħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu, waqt li kien f’sakra ma jarax art.

Il-Pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda ntalbu jmorru fi klabb minħabba ż-żagħżugħ u hemm sabu liż-żagħżugħ fis-sakra li malli ġibdulu l-attenzjoni ħebb għalihom.

Fil-Qorti nstema’ kif ikkawża ġrieħi ħfief fuq wieħed mill-pulizija u kissirlu n-nuċċali li kien jiswa €290.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma aċċettatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara li l-prosekuzzjoni oġġezzjonat kemm minħabba n-natura serja tal-akkużi u anke għax ma għandu l-ebda rabta familjari f’Malta.  

More in Qrati u Pulizija